Monday, October 13, 2025

“J’Alla min għamel dan l-att jinqabad u jħallas ta’ għemilu”

- il-President tal-FKNK u l-President tal-Malta Falconers Club, Lucas Micallef

Aqra wkoll

“Nikkundanna dawn l-atti. Aħna sejjaħna għal informazzjoni minghand l-pubbliku. Dawn l-atti mhumiex xierqa. J’Alla min għamel dan l-att jinqabad u jħallas ta’ għemilu”

Dan iddikjarah il-President tal-FKNK u l-President tal-Malta Falconers Club Luas Micallef f’kumment li ta lil dan il-ġurnal, hekk kif is-Sibt filgħodu falkunier sab kif l-għasfur magħruf bħala Bies kien ferut f’Għar Lapsi. 

Minn informazzjoni li kiseb dan il-ġurnal, irriżulta li l-għasfur kien għadu kif telaq minn id il-falkunier Lawrence Formosa u li kien qed jistrieħ ftit passi ‘l bogħod minn fejn sidu, li dak il-ħin kien qed ikellem żewġ turisti Amerikani. 

Jirriżulta li wieħed mit-turisti kien għadu kif qal lil Formosa li l-fatt li jara l-falkuni daqshekk mill-qrib, u mbagħad jarahom itir fis-smewwiet kien “l-aqwa ħaġa li qatt għamlet f’ħajjitha”. Kien meta l-għasfur reġa’ tela’ jtir li semgħu tliet tiri konsekuttivi. Vallette, l-għasfur ma rritornax f’idejn Formosa, għalhekk il-falkunier minn Sharp Sight Falconry, mar jfittxu, u sabu fuq ħajt ferut f’siequ, f’żaqqu u f’ġwenħajh.

Intant f’messaġġ li tella fuq il-midja soċjali, l-President Lucas Micallef qal li l-att li seħħ fuq il-bies ta’ Lawrence Formosa huwa wieħed kundannabbli u inaċċettabli. Micallef qal ukoll; “ Il-falkunerija hija l-eqdem forma ta’ kaċċa magħrufa u għandha tiġi ttrattata b’rispett. Dan l-att ma jirrappreżentax il-valuri tal-kaċċa li aħna nippromovu u niddefendu”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport