Friday, August 8, 2025

Jallega li s-sewwieq kien taħt l-effett tal-alkoħol

Aqra wkoll

Maverick Baldacchino, iben Marica li sewwieq baqa’ dieħel fil-ħanut tagħha f’Santa Venera allega li l-istess sewwieq kien “taħt l-effett tal-alkoħol.”

Permezz ta’ kitba fuq il-midja soċjali, Maverick jirringrazzja lil dawk kollha li taw l-għajnuna lil ommu.

“Illum ma ġratx diżgrazzja imma ġrat grazzja għax ħadd ma weġġa’… Sakemm ommi marret titma l-qtates ta’ barra, kien eżatt f’dan il-ħin li seħħ l-inċident. Għalkemm ngħidu li Alla kbir għax dan hu miraklu,” kiteb Maverick

Hu jkompli jikteb li wara l-inċident qara u segwa ħafna kummenti fuq il-midja soċjali. Kien hawn li allega li x-xufier li baqa’ dieħel b’veloċità eċċessiva fil-ħanut ta’ ommi kien taħt taħt l-effett kbir tal-alkoħol.

Jgħid li jittama li ssir ġustizzja…

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport