Il-midfielder ta’ 20 sena Jamal Musiala qed itella’ u jniżżel proposta li għamlulu Bayerrn Munich sabiex iġedded il-kuntratt preżenti tiegħu li jiskadi fl-2026.
Musiala qed jaħsibha biex jagħmel dan minħabba li fil-preżent ftit qed isib post mat-tim mill-Bavarja fejn s’issa l-kowċ Thomas Tuchel tah biss 218-il minuta sa mill-bidu tal-istaġun.
Musiala jixtieq jilgħab aktar u għalissa beħsiebu jonora parti mill-kuntratt ta’ dan l-istaġun għalkemm se jibqa’ għajnejh miftuħa għal xi offerta li tista’ tasal minn xi klabb ieħor.