Tuesday, September 24, 2024

James Maddison segwit minn Tottenham u Newcastle

Aqra wkoll

Tottenham Hotspur jinsabu ferm interessati fil-midfielder offensiv ta’ Leicester City James Maddison. Dan tal-aħħar għandu 26 sena u fil-logħba kontra Malta kellu t-tielet dehra tiegħu fil-karriera tiegħu.

L-eks plejer ta’ Coventry City, Aberdeen u Norwich City qed jinteressa wkoll lil Newcastle United b’The Spurs li se jippruvaw ikunu aktar effiċjenti u jinnegozjaw malajr kemm jista’ jkun.

Maddison ilu ma’ Leicester City sa mis-sena 2018 u skorja 43 gowl f’163 partita.

Sport