Il-goalkeeper Malti James Sissons, ta’ 18-il sena, iffirma mal-akkademja ta’ Chesterfield FC.
Sissons lagħab internazzjonalment għal Malta fil-livell tal-youths, qabel ma ssejjaħ għal-logħbiet reċenti ta’ kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja 2026 kontra l-Olanda, il-Polonja, il-Finlandja u l-Litwanja.
Chesterfield FC qalu li Sissons impressjona kontra Liverpool u waqt il-kamp ta’ taħriġ tat-tim tal-youths fl-Iskozja kontra Hibernian u Dundee.
L-ewwel ħarġa kompetittiva tiegħu wara li ffirma mal-klabb se tkun nhar il-Ġimgħa, meta t-tim tal-youths ta’ Chesterfield se jiffaċċjaw lil Salford City fl-EFL Youth Alliance League.