Sunday, December 1, 2024

Jamie Carragher jikkritika lil Premier League Ingliż wara t-tnaqqis tal-punti ta’ Everton

Aqra wkoll

Hekk kif kien qed jitkellem fuq stazzjon tat-televiżjoni Ingliż, l-eks plejer u llum opinjonist sportiv Jamie Carragher tkellem dwar il-penalizzazzjoni ta’ Everton tal-bieraħ meta tneħħewlhom 10 punti fil-klassifika.

Carragher qal li Everton kienu l-ħaruf tas-sagrifiċċju u sostna li l-PL Ingliża għandha bżonn tinvestiga klabbs oħra prominenti li aktar iva milli le kisru r-regolamenti.

Hu temm jgħid li l-PL iridu jħaffru aktar fil-fond u jaraw eżattament min verament qed jikser ir-regolamenti.

Sport