Monday, September 1, 2025

Jamie Vardy jiffirma ma’ Cremonese

Aqra wkoll

Il-karriera straordinarja ta’ Jamie Vardy daħlet fi stadju ġdid, hekk kif l-ex attakkant ta’ Leicester City u tat-tim nazzjonali Ingliż iffirma ma’ Cremonese fis-Serie A.

Vardy, ta’ 38 sena, iffirma kuntratt sal-2026 b’għażla għal sena oħra jekk it-tim jibqa’ fl-ogħla kampjonat Taljan.

Vardy hu leġġenda ta’ Leicester, b’200 gowl f’500 dehra u parti ewlenija fis-suċċess storiku tar-rebħ tal-kampjonat fl-2016. Hu kien aġent ħieles sa minn Ġunju u minkejja interess minn Feyenoord, Cremonese daħlu għalih b’saħħa u rnexxielhom jiksbu l-firma tiegħu.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport