Saturday, March 1, 2025

Jammetti li aggredixxa u weġġa’ ħafif lil martu

Aqra wkoll

Raġel ta’ 39 sena mill-Maċedonja tpoġġa taħt probation għal tliet snin wara li ammetta quddiem il-Maġistrat Leonard Caruana li aggredixxa u weġġa’ ħafif lil martu fid-dar tagħhom f’San Pawl il-Baħar.

Ir-raġel li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti ammetta mill-ewwel li nhar it-Tnejn li għadda għall-ħabta tal-5.30pm aggredixxa, hedded u anke li weġġa’ ħafna lil martu. Hu ammetta wkoll li kkaġunalha biża’ u li hedded u aggredixxa lill-kunjati.

Fil-Qorti ntqal li r-raġel għandu l-vizzju tal-alkoħol u l-logħob tal-azzard.

Wara li l-Maġistrat sema’ l-ammissjoni tiegħu, ordna li r-raġel jitpoġġa taħt probation u ta’ ordni ta’ 3 snin biex ikun jista’ jindirzza l-problema tiegħu tal-alkoħol u anke l-logħob tal-azzard.

Il-Qorti ordni ta’ protezzjoni fejn jorbtu u ma jersaqx lejn il-vittmi. Hu jista’ jitkellem biss ma’ martu dwar il-kura u l-kustodja ta’ binhom.

L-Ispettur tal-Pulizija Omar Zammit mexxa l-prosekuzzjoni filwaqt li l-avukat Jacob Magri deher għall-akkużat.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport