Harvin Vassallo ta’ 31 sena minn Bormla kien illiberat bil-kundizzjoni li ma jwettaqx reat ieħor fi żmien 18-il xahar wara li ammetta li ffroda żewġ persuni €1,500. Il-każ seħħ f’Ġunju li għadda u fil-ġranet u x-xhur ta’ wara.
Il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo, waqt li wissiet lill-ħati bil-konsegwenzi ta’ din is-sentenza, ordnatlu wkoll biex iħallas lura lill-vittmi s-somma ta’ €1,500.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Kylie Borg waqt li Vassallo kellu jassistih lill-Avukat Graziella Tanti.