Thursday, November 14, 2024

Jammetti li għamel ħsara fuq ħajt tal-gypsum fl-ajruport

Aqra wkoll

Slovakk ta’ 17-il sena kien illiberat bil-kundizzjoni li ma jwettaqx reat ieħor fi żmien tliet xhur wara li ammetta li għamel ħsara fuq ħajt tal-gypsum fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. 

Huwa tressaq quddiem il-Maġistrat Lara Lanfranco wieġeb ħati li t-Tlieta li għadda kkawża b’€472 fi ħsara fuq il-ħajt ta’ wieħed mill-ħwienet fl-ajruport.

Fis-sottomissjonijiet dwar il-piena, id-Difiża qalet li l-imputat kien diġà ħallas tal-ħsarat u li għandu fedina penali nadifa.

Fuq ammissjoni, il-Qorti sabitu ħati tal-akkuża li nġiebet kontra tiegħu u tatu l-libertà kkundizzjonata. 

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Roxanne Tabone u Karl Roberts. 

L-Avukat Daniel Attard deher għall-imputat. 

Ekonomija

Sport