Saturday, November 9, 2024

Jammetti li ħebb għal raġel li jgħix miegħu fl-istess appartament

Aqra wkoll

Milosz Dlugosz ta’ 33 sena residenti San Pawl il-Baħar kien illiberat bil-kundizzjoni li ma jwettaqx reat ieħor fi żmien tliet snin wara li ammetta li ħebb u hedded raġel li jgħix miegħu fl-istess appartament. 

Huwa ammetta wkoll li kkawżalu biża’ li se tintuża vjolenza kontrih jew kontra l-proprjetà tiegħu u li kiser il-paċi pubblika. Il-każ seħħ is-Sibt li għadda, fil-ħin ta’ bejn is-2.00 a.m. u l-4.00 a.m. 

Dlugosz tressaq b’urġenza dalgħodu quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia, fejn filwaqt li wieġeb ħati tal-akkużi, qal li kien qed jiskuża ruħu ta’ dak li għamel. Waqt li tah il-libertà kkundizzjonata, il-Maġistrat Farrugia wissieh bil-konsegwenzi jekk iwettaq reat ieħor f’dan il-perjodu. 

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Colin Sheldon mentri l-Avukat Martin Farrugia deher għal Dlugosz.

Sport