Friday, October 25, 2024

Jammetti li ħebb għall-eks sieħba

Aqra wkoll

Raġel ta’ 40 sena residenti ż-Żejtun ingħata l-ħeslien mill-arrest, wara li fil-Qorti ammetta li ħebb għall-eks sieħba, bil-konsegwenza li din sofriet minn ġrieħi ta’ natura gravi.

Fil-Qorti, ġie spejgat li l-koppja kienu ilhom għarajjes madwar sena u li fl-istess perjodu, il-vittma għamlet żewġ rapporti lit-Taqsima ta’ kontra l-Vjonelza Domestika fil-konfront tal-imputat.

Ingħad li l-vittma spjegat li waqt argument li kellhom bejniethom hi u l-imputat, allegatament l-imputat refa’ idejh fuqha u din spiċċa b’idha miksura.

Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Omar Zammit flimkien mal-Avukat Valentina Cassar f’isem l-Avukat Ġenera u d-Difiża mmexxija mill-Avukati Alfred Abela, Rene Darmanin u Ismael Vella iddikjaraw li l-mara wriet ix-xewqa li l-imputat ma għandux jintbagħat il-ħabs.

Bi qbil bejniethom, il-Prosekuzzjoni u d-żdifiża ssuġġerew li l-imputat għandu jitpoġġa taħt ordni ta’ probation għal perjodu ta’ tliet snin u li għandha tinħareġ ordni ta’ protezzjoni favur il-vittma.

Il-Maġistrat Charmaine Galea li pprosediet il-każ laqgħet it-talba tad-Difiża u tal-Prosekuzzjoni. Hija ħarġet ordni ta’ trażżin fil-konfront tal-imputat.

Għall-vittma deher l-Avukat Mario Buttigieg.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport