Friday, November 15, 2024

Jammetti li ħebb għas-sieħba u kisrilha mniħirha

Aqra wkoll

Serb ta’ 27 sena residenti l-Gżira tressaq il-Qorti mixli li ħebb għas-sieħba tiegħu, li hi Maltija, u kkaġunalha ġrieħi ta’ natura gravi. Il-każ seħħ is-Sibt li għadda fi Triq il-Pirinej, il-Qrendi. 

Fil-Qorti ħareġ li l-mara sofriet minn ksur fi mniħiriha kawża tal-aggressjoni. Min-naħa tagħha, id-Difiża qalet li l-imputat kien iddispjaċih ta’ dak li ġara u anke li kkollabora mal-pulizija fl-investigazzjonijiet tagħhom.

Wara li ngħata aktar ħin biex jaħsibha, is-Serb reġa’ wieġeb li huwa ħati tal-akkużi, bil-Maġistrat tordna li jinżamm arrestat sakemm jingħata s-sentenza fil-bidu ta’ Settembru.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Sherona Buhagiar filwaqt li l-imputat kien assistit mill-Avukat tal-Għajnuna Legali Martha Mifsud.

Ekonomija

Sport