Saturday, December 21, 2024

Jammetti li ħebb u dejjaq lill-eks sieħba tiegħu

Aqra wkoll

Christian Penza ta’ 42 sena ammetta quddiem il-Maġistrat Elaine Rizzo li fost l-oħra ħebb lejn l-eks sieħba tiegħu u anke li dejjaqha.

Fil-Qorti ntqal li huma kienu ilhom 3 snin f’relazzjoni, iżda din intemmet fl-aħħar jiem.

Il-Prosekuzzjoni qalet li l-mara allegat mal-pulizija li kien isakkarha d-dar meta jkun xogħol ta’ bil-lejl.

Fuq l-ammissjoni tiegħu, il-Maġistrat Elaine Rizzo ikkundannatu €2,500 u obbligatu jżomm il-bonordni u l-paċi mal-vittma.

Ekonomija

Sport