Friday, February 6, 2026

Jammetti li kellu 12-il pjanta tal-kannabis… inqabad wara li ħebb għas-sieħba

Aqra wkoll

Raġel ta’ 44 sena residenti ż-Żejtun ammetta quddiem il-Maġistrat Tanya Sammut li fil-pussess tiegħu kellu 12-il pjanta tal-kannabis. 

Il-Prosekuzzjoni qalet fil-Qorti li dawn instabu meta marru fir-residenza tiegħu wara rapport li kien ħebb għas-sieħba.

Fil-Qorti ġie spjegat li l-imputat hekk kif ħebb għas-sieħba gidmilha subgħajha.

Hekk kif il-Pulizija waslu fir-residenza sabu li d-dar kienet kollha mkissra kif ukoll sabu 12-il pjanta tal-kannabis u anke bottijiet tal-ħġieg mimlija bil-ħaxix tal-kannabis.

Ftit tal-ħin wara li l-imputat ġie arrestat qal lill-Pulizija li ried itemm ħajtu u għalhekk ittieħed l-Isptar Monte Carmeli. 

Jirriżulta li l-argument mas-sieħba qam wara li hija rrifjutat li tiffirma prokura.

Huwa ngħata sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin flimkien ma’ ordni ta’ trazzin u ta’ trattament għal tliet snin. Ma’ dan ġie mmultat €2,000 u ordnat iħallas €1,500 li jrid iħallashom fi żmien ta’ disa’ xhur.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport