Friday, November 15, 2024

Jammetti li kisser mutur meta kien fis-sakra

Aqra wkoll

Peruvjan ta’ 24 sena li jgħix il-Gżira ġie mixli li fil-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd li għadda kisser mutur, ikkaġuna ġrieħi ħfief lil sidu u li kiser il-paċi pubblika.

Il-ġuvni tressqu quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud u mill-ewwel ammetta l-akkużi kontrih. Il-ġuvni qal fil-qorti li wettaq dawn l-atti meta kien fis-sakar u meta għadda l-effett tal-alkoħol staħa b’dak li kien wettaq għax skont hu mhux bniedem t’hekk.

Il-Pulizija kkonfermaw fil-Qorti li f’pajjiżu l-akkużat għandu kondotta nadifa.
Il-Qorti qalet li l-fatt li l-ġuvni kien fis-sakar mhix skuża iżda minħabba ċ-ċirkostanzi tiegħu se jagħtih il-ħelsien mill-arrest biex bl-appoġġ ta’ min iħaddmu ikun jista’ jkompli jaħdem u jħallas it-€3,000 fi ħsara li għamel fil-mutur.

Il-Peruvjan ngħata l-ħelsien b’garanzija personali ta’ €5,000, fejn anke l-qorti imponiet kundizzjonijiet fosthom li jiffirma kull nhar ta’ Ħadd fl-għassa ta’ San Ġiljan u li ma jistax joħroħ f’ċertu ħinijiet.

Il-każ se jkompli jinstema f’Mejju li ġej fejn se tingħata s-senetnza, iżda l-akkużat irid ikun ħallas lil sid il-mutur tal-ispejjeż.

Ekonomija

Sport