Tuesday, November 26, 2024

Jammetti li kkawża ġrieħi gravi waqt ġlieda fil-Belt

Aqra wkoll

Ġuvni taħt l-età li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti, ingħata l-ħelsien mill-arrest wara ammetta illi fit-18 ta’ Frar li għadda kkawża ġrieħi ta’ natura gravi wara li kien involut fi ġlieda l-Belt.

Fil-Qorti nstema’ kif dakinhar il-Pulizija tad-distrett intalbu jassistu fi ġlieda bejn grupp ta’ żgħażagħ. Sfortunatament, sakemm waslu l-Pulizija, l-aggressur kien laħaq telaq. Huwa ġie identifikat ftit tal-jiem wara.

L-imputat wieġeb li hu ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.

Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Monica Vella, tat il-ħelsien mill-arrest lill-ġuvni fuq garanzija personali ta’ €1,000.

Sport