Sunday, May 19, 2024

Jammetti li mess sider mara li marret tixtri mill-ħanut li jaħdem fih

Aqra wkoll

Raġel ta’ 27 sena mill-Eritrea ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li ġie mixli ffastidja sesswalment lil mara li marret tixtri mill-ħanut li jaħdem fih fil-Ħamrun.

Jemal Abubeker Halifu kien mixli li l-Ħamis waranofsinhar mess sider klijenta. Bid-dmugħ f’għajnejh, huwa wieġeb ħati tal-akkużi miġjuba kontra tiegħu.

Id-Difiża talbet li jitħejja pre-sentencing report fiil-konfront tal-imputat qabel ma tingħata s-sentenza, bil-kawża ġiet differita għal Marzu.

L-Avukat tiegħu qal li Halifu għandu fedina penali nadifa u li ma xtaqx jitlef dak kollu li ħadem għalih.

Intant il-Qorti tagħtu l-libertà proviżorja taħt garanzija personali ta’ €5,000 u kien ordnat jiffirma l-Għassa darbtejn fil-ġimgħa.

Il-Qorti ħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni favur l-allegata vittma. 

Sport