Wednesday, July 24, 2024

Jammetti li meta kien minuri kellu relazzjoni sesswali ma’ minorenni

Aqra wkoll

Raġel li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti tpoġġa taħt ordni ta’ probation għal 3 snin wara li ammetta li meta kien għadu minorenni kellu x’jaqsam sesswalment ma’ minorenni.

Quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit intqal li dan ir-reat seħħ bejn l-2019 u l-2020 meta l-minuri kellha 12 u 13-il sena filwaqt li l-akkużat kellu 15 u 16-il sena.

L-uffiċjal tal-probation fix-xhiedha tagħha qalet li l-akkużat bħalissa jinsab il-ħabs u jidher li qed jirriforma ruħu tant li qiegħed jattendi għal kull attività li jista’ jattendi u anke qiegħed jistudja. Xehdet li hu kien beda jabbuża mid-droga minn meta kellu 9 snin u dan minħabba abbużi li kienu jsiru fil-familja tiegħu.

Meta ġiet biex titkellem dwar il-minuri, l-uffiċjal tal-probation qalet li r-relazzjoni ta’ bejnha u l-imputat kienet waħda kunsenswali u kienu jiffrekwentaw il-familji ta’ xulxin. Ix-xhud tkellmet ukoll dwar dak li kien jiġri bejn l-omm u l-bint tant li kienet qaltilha li ma kienet qiegħda tistenna xejn mill-każ għax ma kienx hemm stupru.

Il-Qorti nnutat li omm il-minuri kienet taf bir-relazzjoni ta’ bintha, għalhekk ma kinitx konxja li kien qiegħed isir l-att sesswali. Qieset ukoll ix-xhieda tal-psikologa, li qalet li ma tqisx lill-minuri bħala immatura.

Fis-sentenza tagħha l-Qorti qalet li l-akkużat ammetta fi stadju bikri tal-investigazzjoni u meta seħħ dan il-każ kien għadu minuri. Kien għalhekk li poġġietu taħt ordni ta’ probation għal 3 snin.

Ekonomija

Sport