Tuesday, September 24, 2024

Jammetti li pprova jisraq minn diversi karozzi fil-Marsa

Aqra wkoll

Somalu nżamm arrestat wara li wieġeb ħati għal akkużi relatati ma’ serq minn diversi karozzi fil-Marsa. 

Kien il-Ġimgħa waranofsinhar meta l-Pulizija daħlilha rapport ta’ raġel li kien qed jipprova jiftaħ karozza, li kienet ipparkjata fi Triq Azzopardi.

Il-Prosekuzzjoni spjegat fil-Qorti kif ir-raġel ipprova jiftaħ aktar karozzi u rnexxielu jsib ukoll vann miftuħ. Qalet ukoll li l-imputat, Hamza Mohamud Ibrahim, huwa riċediv.

Is-sentenza fil-konfront tiegħu mistenni li tingħata l-ġimgħa d-dieħla.

Sport