Thursday, November 21, 2024

Jammetti li qasamlu d-dentatura wara li pparkja quddiem garaxx

Aqra wkoll

Franklin Xerri ta’ 32 sena minn Ħal Qormi ammetta quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud li kien ħebb għal sid ta’ garaxx u qasamlu d-dentatura.

Jirriżulta li l-argument inqala wara li Xerri pparkja quddiem garaxx spiċċa fl-idejn mas-sid hekk kif dan tal-aħħar mar iħabbatlu fuq il-ħġieġa tal-karozza. Il-każ seħħ fit-8 ta’ Lulju li għadda għall-ħabta tas-2.45pm.

Xerri kien akkużat mill-Ispettur Jonathan Cassar li kkaġunalu ġrieħi gravi fuq il-vittma kif ukoll kiser il-paċi pubblika.

Wara li ammetta l-akkużi, il-Maġistrat Mifsud qal lill-akkużat li kellu bżonn iżomm il-kalma anke jekk seta ġie pprovokat.

Il-Qorti poġġiet lil Xerri taħt probation għal 3 snin, ordnalu jħallas lill-vittma €1,380 tad-dentatura. Apparti dan ġie ordnat li jattendi sessjonijiet ta’ terapija biex jikkontrolla r-rabja.

Il-Maġistrat Mifsud ordna wkoll lil Xerri biex għal żmien sena ma jkellimx lil vittma u wissieh li jekk jikser din il-kundizzjoni jista’ jeħel multa ta’ €5,000.

Sport