Owen John Jay Magro ta’ 18-il sena minn San Pawl iI-Baħar, ġie kkundannat sena ħabs effettiva hekk kif ammetta li saq karozza mingħajr liċenzja, b’mod perikoluż u li kkawża ġrieħi ħfief fuq persuna.
L-imputat tressaq il-Qorti, dalgħodu, Magro nqabad isuq karozza tat-tip Peugeot b’mod traskurat, filwaqt li m’għandux liċenzja tas-sewqan u ma kellux polza tal-assigurazzjoni biex isuq il-vettura nhar it-Tlieta li għadda.

