Monday, January 19, 2026

Jammetti li saq mutur bla liċenzja u li kien xurban

Aqra wkoll

Żagħżugħ ta’ 28 sena min-Nepal ammetta quddiem il-Qorti li saq mutur bla liċenzja u anke li kien taħt l-influwenza tal-alkoħol. Il-Prosekuzzjoni qalet li l-livell tal-alkoħol kien 15-il darba ogħla mil-limitu legali.

Quddiem il-Qorti l-Prosekuzzjoni qalet li uffiċjali mir-Roads Policing Unit ġew infurmati b’sewwieq ta’ mutur li tilef il-kontroll u malli waslu fil-post sabu lill-akkużat li kellu xi ġrieħi.

Ġie spjegat ukoll li sarlu t-test tal-breathalyser u rriżulta li l-livell ta’ alkoħol kienet 15-il darba ogħla minn dak permissibbli.

Wara l-ammissjoni tal-akkużat il-Qorti kkundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport