Friday, December 13, 2024

Jammetti li seraq b’€400 fi fwejjaħ mill-Belt Valletta

Aqra wkoll

Raġel li ammetta li seraq b’kemm jiswew €400 fi fwejjaħ minn tliet ħwienet fil-Belt Valletta ngħata l-ħelsien mill-arrest sakemm jitlesta l-pre-sentencing report fil-konfront tiegħu.

Francis Grech ta’ 56 sena tressaq il-Qorti llum mixli b’sensiela ta’ serqiet li seħħew fuq medda ta’ ħamest ijiem u li sar reċediv. Huwa kien arrestat wara li ġew analizzatti divers filmati tas-sigurtà.

Il-Qorti semgħet kif qabel ma ġie interrogat mill-pulizija, ir-raġel allegatament kien avviċina lill-vittmi u offra li jħallashom lura tal-oġġetti misruqa.

Grech ammetta għall-akkużi miġjuba kontra tiegħu, bil-Qorti tilqa’ t-talba tad-Difiża li jsir pre-sentencing report qabel tingħata s-sentenza. Sadanittant, il-Qorti tatu l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €300 u garanzija personali ta’ €3,000. Huwa kien ordnat jiffirma l-għassa darbtejn fil-ġimgħa u tpoġġa taħt ordni ta’ superviżjoni.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Daryl Borg. L-Avukati Franco Debono u Francesca Zarb dehru għall-imputat.

Ekonomija

Sport