Wednesday, August 20, 2025

Jammetti li seraq b’€273 f’oġġetti minn supermarket 

Aqra wkoll

Razvan Constantin Dutcovici ta’ 26 sena mir-Rumanija tressaq fil-Qorti tal-Maġistrati fejn ġie mixli li seraq mill-istabbiliment EuroSpar ta’ Tigné Point.

Fil-Qorti nstema’ kif nhar it-Tlieta li għadda, il-maniġer tal-istabbiliment kien informa lill-pulizija li raġel deher ħiereġ iżomm f’idu żewġ bottijiet birra, inbid u oġġetti oħra. Huwa kien twaqqaf fuq il-post minn xi persuni u wara ġie arrestat mill-pulizija.

L-oġġetti misruqa kienu jammontaw għal €273. Il-Qorti semgħet ukoll li l-imputat m’għandux indirizz fiss f’Malta. 

Dutcovici wieġeb ħati għall-akkużi u ngħata sentenza ta’ 18-il xahar sospiżi għal tliet snin. Huwa ġie ordnat ukoll iħallas lura l-ammont misruq. Fl-istess waqt, huwa tpoġġa taħt ordni ta’ trattament minħabba l-vizzju li għandu tal-alkoħol.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi James Turner u Christian Xuereb flimkien mal-Avukat Luigi Gulia mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. L-Avukat Silvan Pulis deher għal Dutcovici.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport