Thursday, January 9, 2025

Jammetti li seraq €11,000 mingħand ħuh 

Aqra wkoll

Redeemer Abdel Ghany ta’ 28 sena ammetta li seraq €11,000 mingħand ħuh. Fil-Qorti ntqal li r-raġel kien fuq il-lista ta’ persuni li huma l-aktar imfittxija fil-pajjiż wara li l-Pulizija rriżultalha li allegatament kien seraq tliet darbiet mill-istabbiliment tal-ikel ta’ ħuh li jinsab f’Marsaskala. 

Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Gabriel Kitcher spjegat fil-Qorti li f’Novembru tal-2024, il-Pulizija rċeviet rapport mingħand sid ta’ ristorant li nsterqulu xi flus minn ġol-basket. Ingħad li minn filmati tas-CCTV ġie identifikat l-imputat. 

Fil-Qorti, ġie spjegat li ftit tal-jiem wara, l-imputat allegatament inqabad jisraq mill-istess post, fejn b’kollox kienu nsterqu mat-€3,500 fi flus kontanti.

L-Ispettur Kitcher spjega li l-imputat kien ukoll involut f’serqa oħra mill-istess ristorant fejn allegatament seraq madwar €5,200 minn safe. Huwa kien tpoġġa fuq il-lista tal-aktar persuni mfittxija f’Malta wara li l-Pulizija ma setgħet issibu mkien. Huwa iżda kien arrestat it-Tnejn li għadda f’Għawdex.

Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Nadine Lia ordnat li jsir pre-sentencing report qabel tingħata s-sentenza fil-konfront tal-imputat. Sadanittant, huwa baqa’ miżmum taħt arrest preventiv fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. 

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet ukoll mill-Avukat Joseph Camilleri Azarov mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.

L-Avukat Victor Bugeja deher għall-imputat.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport