Nelson Bardhi ta’ 19-il sena, mill-Albanija, iżda residenti San Pawl il-Baħar dalgħodu ammetta quddiem il-Maġistrat Jean Paul Grech li nhar is-Sibt li għadda wara li spiċċa l-karnival fin-Nadur seraq kartiera li fiha kien hemm ammont ta’ flus.
Fil-Qorti ta’ Għawdex l-Ispettur Ketih Xerri akkuża lil Bardhi li wettaq dan ir-reat fi Triq il-Madonna ta’ Fatima, fin-Nadur bejn it-3.00am u t-3.30am.
Permezz tal-avukat tiegħu, l-imputat qal li kien ħallas lura l-flus kollha li kien hemm fil-kartiera lill-vittma.
Il-Maġistrat Grech wara li sema’ l-ammissjoni tal-imputat, illiberaħ bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fi żmien sentejn.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Keith Xerri filwaqt li l-Avukat Dr Christian Camilleri deher għall-akkużat.

