Saturday, June 22, 2024

Jammetti li seraq minn diversi ħwienet, residenzi u anke minn gym

Aqra wkoll

Christopher Sammut ta’ 52 sena wieġeb ħati wara li ġie akkużat b’sensiela ta’ serqiet li wettaq minn  residenzi, garaxx, gym, ħwienet tax-xorb, ħanut tas-sbuħija u ieħor tax-xagħar u ċentru għall-ħarsien tat-tfal fost oħrajn.

Il-Prosekuzzjoni qalet fil-qorti x’wassal għall-arrest ta’ Sammut. Hu ġie arrestat meta ntlemaħ jaqbeż fiċ-ċentru għall-ħarsien tat-tfal biex jisraq.

Il-Qorti li kienet ppreseduta mill-Maġistrat Monica Vella, laqgħet it-talba biex uffiċjali tal-probation iħejju rapport dwar l-istat tal-akkużat qabel ma jingħata s-sentenza.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport