Raġel ta’ 29 sena mill-Ghana tressaq fil-Qorti fejn ammetta li wettaq serqa minn ħanut f’Santa Venera x-xahar li għadda.
Frank Amo Kwaku tressaq quddiem il-Maġistrat Astrid May Grima mixli b’serq aggravat, li żamm l-impjegata tal-ħanut kontra l-volontà tagħha, li kkawżalha ġrieħi ħfief, li ġarr sikkina mingħajr liċenzja u li kiser żewġ settijiet ta’ kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest.
Il-każ seħħ nhar id-29 ta’ Novembru li għadda, meta għall-ħabta tad-9.30 p.m., ħalliel, allegatament armat b’sikkina kien daħal f’ħanut tal-merċa li jinsab fi Triq il-Kbira San Ġużepp u talab il-flus lill-kaxxiera, mara ta’ 35 sena min-Nepal.Il-mara pprovat taħrab però r-raġel żammha.
Huwa ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti. Il-mara kienet sofriet minn ġrieħi ħfief. L-imputat kien arrestat fl-Imġarr u tressaq il-Qorti matul il-jum tal-Erbgħa fejn ammetta l-akkużi miġjuba kontrih. Il-Prosekuzzjoni u d-Difiża qablu fuq piena ta’ tliet snin u seba’ xhur ħabs, bil-Qorti se tkun qed tagħti s-sentenza l-ġimgħa d-dieħla.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Avukat Miryea Mifsud mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali flimkien mal-Ispetturi Lydon Zammit, Keith Rizzo u Ian Vella. L-Avukat tal-Għajnuna Legali Martina Herrera dehret għall-imputa

