Tuesday, November 18, 2025

Jammetti li seraq mobile, flus u oġġetti oħra minn fuq raġel ieħor

Aqra wkoll

Redent Azzopardi ta’ 23 sena kien ikkundannat sentenza sospiza wara li ammetta li seraq mobile, flus kontanti u oġġetti oħra minn fuq raġel ieħor. 

Fil-Qorti nstema’ kif l-allegat vittma kien mar jirrapporta li fit-30 ta’ Settembru li għadda huwa allegatament kien safa misruq mill-imputat.

Il-Pulizija kienu sabu li l-credit card tal-vittma kienet intużat f’Bormla. Minn aktar investigazzjonijiet ġie stabbilit li kien Azzopardi li uża din il-card u ġie arrestat ftit wara.

Fil-Qorti, Azzopardi wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih u ngħata sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin. Huwa kien ordnat biex iħallas lill-vittma €25 fix-xahar għal sena. 

Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Joseph Gatt ħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni favur il-vittma. Fl-istess waqt, Azzopardi tpoġġa taħt ordni ta’ trattament għal perjodu ta’ tliet snin.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Avukat Clive Aquilina mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali flimkien mal-Ispettur Lydon Zammit. L-Avukat tal-Għajnuna Legali Yanika Barbara Sant dehret għal Azzopardi.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport