Sunday, December 22, 2024

Jammetti li seraq mobile minn lukanda f’San Pawl il-Baħar

Aqra wkoll

Tuneżin ta’ 37 sena kien illiberat bil-kundizzjoni li ma jwettaqx reat ieħor fi żmien sentejn wara li ammetta li seraq mobile minn lukanda f’San Pawl il-Baħar. Il-każ seħħ fit-2 ta’ April li għadda. 

Hassen Bananou wieġeb ħati għall-akkużi li seraq mobile tat-tip Huawei għad-dannu ta’ Ke Jun Yang u li għamel ħsara fuq l-istess mobile.

Fis-sentenza tagħha, il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Doreen Clarke, ikkunsidrat l-ammissjoni tiegħu, il-fedina penali netta tiegħu, u l-fatt li l-mobile misruq ingħata lura lis-sid. 

Il-Qorti sabitu ħati u tatu l-libertà kkundizzjonata filwaqt li spjegatlu l-konsegwenzi jekk iwettaq reat ieħor fi żmien sentejn.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur George Frendo. 

Ekonomija

Sport