Thursday, August 28, 2025

Jammetti li seraq tliet muturi

Aqra wkoll

Raġel ta’ 57 sena minn Bormla baqa’ jinżamm taħt arrest preventiv wara li ammetta li seraq tliet muturi. Huwa tressaq fil-Qorti mixli li wettaq dan ir-reat fil-lejl ta’ bejn l-20 u l-21 ta’ Awwissu.

Fil-Qorti nstema’ kif l-ewwel serqa, li dehret ukoll fuq filmati tas-CCTV, seħħet f’Ħaż-Żabbar u kien sid il-mutur stess li sabu fi Triq Dom Mintoff, Bormla.
Minn investigazzjoni tal-pulizija fil-post instab mutur ieħor, li dakinhar ukoll kien insteraq minn Gwardamanġa. Il-pulizija kien irnexxielha ssib ukoll it-tielet mutur misruq, din id-darba minn Tal-Pietà.

L-imputat, Christopher Zammit, kien mixli wkoll li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest imposti fuqu fl-2023.

Huwa wieġeb ħati għall-akkużi u talab biex jintbagħat programm ta’ rijabilitazzjoni mill-vizzju tad-droga.

Il-Qorti laqgħet it-talba tad-difiża biex jitħejja pre-sentencing report, bis-sentenza se tingħata fis-6 t’Ottubru.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport