Friday, November 22, 2024

Jammetti li ta fastidju lil martu u bintu

Aqra wkoll

Raġel ta’ 39 sena li ismu ma jistax jixxanda fuq ordni tal-Qorti, ngħata sentenza ta’ 24 xahar ordni ta’ probation wara li dalgħodu ammetta li ta fastidju lil martu u anke lil bintu.

Kienet l-omm u bintha li lbieraħ għamlu rapport lill-pulizija fuq fastidju. Dan kien it-tieni rapport li sar dwar ir-raġel u l-pulizija dalgħodu marret tarrestah u ressqietu quddiem il-ġustizzja.

L-Ispettur Omar Zammit li mexxa l-Prosekuzzjoni qal li fil-Qorti li l-akkużat qatt ma wettaq vjolenza fuq il-vittmi u għalhekk ma jarax li għandu jingħata piena ta’ ħabs. Iżda fl-istess waqt l-Ispettur sostna li l-akkużat jeħtieġ li jingħata l-għajnuna u għalhekk piena ta’ probation hi l-aktar ħaġa li tgħodd għalih.

Bintu wriet ix-xewqa li tingħata protezzjoni, iżda mingħajr ma jittieħed l-aċċess biex b’hekk jibqa’ jkun hemm kuntatt bejnu u bejn bintu. Id-difiża tar-raġel li tmexxiet mill-avukati Dr Silvio Brincat u Dr Amadeus Cachia qablet li għandu jinżamm kuntatt mal-minuri.

Filwaqt li fuq ammissjoni tiegħu stess il-Qorti sabitu ħati, tagħtu piena ta’ probation kif ukoll ordnat protezzjoni kemm fuq l-omm u anke bintu minuri.

Sport