Tuesday, August 5, 2025

Jammetti li ta fastidju lill-Eks Kummissarju Helena Dalli …. jitpoġġa taħt ordni ta’ probation 

Aqra wkoll

Raġel ta’ 57 sena tpoġġa taħt ordni ta’ probation għal perjodu ta’ sentejn wara li fil-Qorti ammetta li ta fastidju lill-eks Kummissarju Ewropew u li llum tokkupa l-kariga bħala Aġent President ta’ Malta, Helena Dalli.

Fil-Qorti, ġie spjegat li l-imputat, Ivan John Grima Hammett tressaq tella’ filmat fuq Tiktok, fejn fih qal li allegatament kienet traditura ta’ Malta u staqsa nies jaħsbux li hi korrotta.

Ingħad li l-Pulizija rċeviet rapport mingħand Dalli nnifisha u li mill-investigazzjoni illi saru, Hammett ġie arrestat.  Intqal ukoll li meta kien mistoqsi mill-Pulizija jekk hux se jneħħi l-vidjows, huwa wieġeb li ma riedx ineħħihom. 

Fil-Qorti quddiem il-Maġistrat Leonard Caruana, Hammett wieġeb li huwa ħati tal-akkużi miġjuba kontrih u qal li ried ġustizzja għal pajjiżu, għadda kummenti kontra li persuni gay jaddottaw u qassam stickers bil-frażi “Jesus loves you”

Minbarra l-probation ta’ sentejn, il-Maġistrat Caruana ħareġ ordni ta’ trattament għal sentejn, ordna lil Hammett li jneħħi l-vidjows li tella’ u ħareġ ordni ta’ protezzjoni favur Helena Dalli.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport