Saturday, November 16, 2024

Jammetti li ta fastidju u kkaġuna biża’ lis-sieħba li minnha għandu tifel

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Żagħżugħ ta’ 24 sena tpoġġa taħt probation għal żmien tliet snin wara li ammetta li ta fastidju lis-sieħba tiegħu, li minnha għandu tifel, u li kkaġunalha biża’ li se tintuża vjolenza kontriha.

Il-każ seħħ nhar it-Tnejn li għadda fl-Imsida. Huwa kien mixli wkoll li heddidha u għamel użu mhux xieraq ta’ apparat ta’ komunikazzjoni elettronika.

Il-Qorti, preseduta mill-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo, semgħet kif it-theddid fil-konfront tal-vittma kien wieħed kontinwu u kien qed isir permezz ta’ messaġġi.

Wara li semgħet lill-imputat jammetti l-akkużi miġjuba kontrih, il-Qorti poġġietu taħt ordni ta’ probation kif ukoll taħt ordni ta’ trażżin għal żmien tliet snin.

Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Joanna Piscopo mentri ż-żagħżugħ kellu jassistih lill-Avukat Edward Gatt. L-Avukati Lennox Vella u Jean Paul Sammut dehru parte civile għall-vittma. 

Ekonomija

Sport