Thursday, December 26, 2024

Jammetti li weġġa’ gravi raġel ieħor f’Għawdex

Aqra wkoll

Niġerjan kien ikkundannat sentejn ħabs sospiżi għal tliet snin wara li ammetta li weġġa’ gravi raġel ieħor fiż-Żebbuġ, Għawdex. 

L-inċident seħħ fit-23 ta’ Awwissu li għadda, fil-ħin ta’ bejn is-6.00 p.m. u s-7.30 p.m. fi Triq Lapsi. Chucks Adamkofi kien mixli li kkaġuna ġrieħi gravi fuq Francis Adjei, li kiser il-paċi pubblika, u li waddab ġebel fid-direzzjoni tal-vittma. 

Quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, huwa wieġeb ħati tal-akkużi miġjuba kontra tiegħu u minbarra s-sentenza sospiża ntbagħat jumejn detenzjoni. Il-Qorti ħarġet ordni ta’ trażżin favur il-vittma.

Ekonomija

Sport