Tuesday, June 17, 2025

Jammetti li weġġa’ gravi raġel waqt argument dwar għalqa fin-Nadur

Aqra wkoll

Peter Paul Debrincat, ta’ 63 sena residenti n-Nadur Għawdex wieġeb ħati quddiem il-Maġistrat Jean Paul Grech li waqt argument li kellu ma’ raġel ieħor weġġgħu b’mod gravi.

Il-Prosekuzzjoni li kienet imexxija mill-Ispettur Keith Xerri qalet quddiem il-Qorti li l-każ seħħ fil-21 ta’ Marzu li għadda għall-ħabta tan-12.30pm. 

Il-vittma Carmel Muscat kien mar fl-għalqa tiegħu fi Triq il-Qortin fin-Nadur, flimkien ma’ surveyor li kien imqabbad minnu. Waqt li Muscat u s-surveyor kienu qegħdin fl-għalqa l-imputat avviċina lil Muscat u qallu li l-għalqa fejn kienu Muscat u s-surveyor kienet tiegħu. Muscat dak il-ħin stqarr li wieġeb lura lil Debrincat u staqsieh minn fejn kien ġabha l-għalqa. Ma’ dan il-kliem Debrincat ta daqqa ta’ ponn f’wiċċ Muscat u laqtu f’ħalqu.

L-Ispettur Xerri kompla jgħid li l-imputat kien mar ġewwa l-għalqa tiegħu, qabad biċċa injama kbira, mar għal Muscat u tah daqqa bl-istess injama ġo rasu. Il-vittma pprova jilqa’ d-daqqa b’idejh u konsegwenza ta’ hekk ġarrab ġrieħi kemm f’idejh kif wkoll f’rasu.

Il-vittma u anke s-surveyor telqu minn fuq il-post biex ma jibqgħux jiġu imsawta minn Debrincat. Huma u ħerġin, Debrincat baqa’ joffendi lil Muscat u jheddu li kien ser iqattgħu. 

Mill-investigazzjonijiet jirriżula li huma u ħerġin kienet ħarġet mar l-imputat u bdiet tgħid il Muscat li hu kiesaħ.

Muscat kellu jiġi rikoverat l-Isptar minħabba l-ġrieħi li ġarrab. Il-ġrieġi sofferti minn Muscat ġew klassifikati bħala gravi.

L-Ispettur Xerri qal li wara li sar ir-rapport mill-vittma huma kienu anke tkellmu mas-surveyorli waqt l-inċident kien preżenti l-ħin kollu. Wara l-pulizija talbet lill-Maġistrat tal-Għassa mandat ta’ arrest fil-konfront tal-imputat fejn wara li ġie mitkellem mill-Pulizija hu tressaq il-Qorti b’arrest.

Il-Prosekuzzjoni qalet li l-imputat kien tkellem ma’ avukat tal-għajnuna legali u waqt l-investigazzjonijiet kien ammetta l-involviment tiegħu fil-każ.

Wara li l-imputat ammetta l-akkużi kollha kontrih quddiem il-Maġistrat Jean Paul Grech, il-Qorti sabitu ħati u kkundannatu 18-il xahar ħabs sospożi għal tlett snin. 

Il-Qorti ħarġet ordni ta’ protezzjoni favur il-vittma.

L-avukat  Julian Scicluna f’isem l-Avukat Ġenerali u l-Spettur Keith Xerri mexxew il-Prosekuzzjoni filwaqt li l-Avukat Dr. Kevin Mampalao mexxa d-difiża.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport