Monday, March 17, 2025

Jan Oblak viċin li jirbaħ it-trofew Zamora

Aqra wkoll

Kollox jidher li l-goalkeeper internazzjonali Sloven Jan Oblak se jkun qed jirbaħ it-trofew Zamora li jingħata lill-aqwa goalkeeper f’La Liga Spanjola. Fil-fatt, hu qala’ biss 18-il gowl f’26 partita u għalhekk s’issa hu l-iktar goalkeeper li qala’ l-inqas gowls.

Oblak faħħar lid-difiża tiegħu li tgħinu ħafna waqt il-logħbiet għalkemm iktar xtaq jiffoka fuq il-kollettiv milli jmur fuq unuri individwali.

Oblak għandu 32 sena u ilu mal-Colchoneros sa mis-sena 2014 u lagħab 359 logħba magħhom.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport