Saturday, December 21, 2024

Jappella biex in-nies tirrispetta l-miżuri fis-seħħ kontra l-Covid-19 waqt li tgawdi l-ispettaklu tal-logħob tan-nar tal-Mellieħa

Aqra wkoll

“Il-pandemija tal-Covid-19 ħassret tista’ tgħid il-pjani kollha tal-festi f’pajjiżna. Madankollu anke jekk marċijiet u attivitajiet li normalment jinvolvu mases ta’ nies mhumiex qed jiżvolġu, wieħed irid joqgħod attent u jirrispetta d-direttivi tal-awtoritajiet anke f’ċirkostanzi fejn ir-riskju huwa minimu, bħal meta jiżvolġi l-ispettaklu tal-logħob tan-nar.”

Qal dan is-Segretarju tal-Għaqda tan-Nar Maria Bambina tal-Mellieħa, Trevor Vella, f’appell biex in-nies filwaqt filwaqt li jgawdu l-ispettaklu tal-logħob tan-nar tal-ajru li se jkun qed jiżvolġi għall-festa ta’ Marija Bambina tal-Mellieħa, jirrispettaw il-miżuri li ddaħħlu fis-seħħ biex tkun ikkontrollata l-pandemija tal-Covid-19.

Vella temm billi awgura l-festa t-tajba lill-Melleħin kollha.

Ekonomija

Sport