Wednesday, January 28, 2026

Jappella għall-maturità fil-ħatra tal-Prim Imħallef

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni Jonathan Attard appella għall-maturità meta jiġu biex jaħtru Prim Imħallef ġdid fiż-żmien li ġej.

Waqt id-diskussjoni parlamentari b’rabta mal-Abbozz ta’ Liġi li jimplimenta l-Miżuri tal-Estimi, il-Ministru Attard qal li pajjiżna jistħoqqlu li jittratta dawn l-iżviluppi bl-akbar maturità.

Huwa sostna li għandna napprezzaw kemm dan il-Gvern kellu l-kuraġġ li jagħmel tibdil storiku kemm f’dak li għandu x’jaqsam mal-mod kif jinħatru l-membri tal-ġudikatura iżda wkoll fil-ħatra tal-Prim Imħallef li llum trid issir biż-żewġ terzi tal-Kamra tar-Rappreżentanti.

Il-Ministru Attard irringrazzja wkoll lill-Prim Imħallef attwali Mark Chetcuti tal-ħidma tiegħu, id-dedikazzjoni u l-progress li għamel fis-settur tal-ġustizzja f’pajjiżna. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport