Għarbi ta’ 32 sena qed isofri minn ġrieħi serji wara li waqa’ madwar sular waqt li kien qiegħed jaħdem f’garaxx fil-Birgu.
Kien għall-ħabta tal-11.45 a.m. xħin il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq San Lawrenz.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u ssejjaħ tim mediku li ħa lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Monica Vella li ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.