“Wara numru ta’ ġimgħat ta’ skavar taħt is-supervisjoni ta’ arkeologu x-xogħol fuq Triq Ġorg Pisani qabad ritmu tajjeb.” Ħabbar dan il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri.
Il-Ministru kompla jgħid li din se tkun triq ġdida u alternattiva sabiex it-traffiku lejn u minn Marsalforn ma jibqax jgħaddi kollu miċ-ċentru tar-Rabat. “Aktar ‘l quddiem u wara aktar diskussjonijiet li qed isiru anke ma NGOs bħal Din l-Art Ħelwa, nkunu qed nħabbru ukoll il-bidu ta’ Triq Marsalforn,” temm jgħid Clint Camilleri.