Saturday, December 21, 2024

Jaqbdu mill-kameras jisraq lil ommu anzjana

Aqra wkoll

Renald Falzon ta’ 49 sena, residenti l-Imsida ġie akkużat li fix-xahar li għadda, daħal f’appartament f’Tal-Pietà biex jisraq anzjana. Fil-Qorti ingħad li l-anzjana għandha qrib id-90 sena u tbati mid-dimensja.

Il-Prosekuzzjoni qalet li kien iben l-anzjana li joqgħod fl-appartament ta’ fuqha li ċempel l-Għassa tal-Ħamrun fejn għamel rapport li mill-kameras tas-sigurtà li hemm kien qiegħed jara lil ommu tagħmel kafè u warajha kien hemm raġel. Irriżulta li r-raġel biex jaljenha lill-anzjana beda jisgħol waqt li beda jiftaħ kullimkien u jieħu l-affarijiet li jkun sab.

Il-filmati mill-kameras tas-sigurtà ġew ippreżentati lill-pulizija li arrestaw lir-raġel.

Falzon fil-qorti wieġeb li mhux ħati.

Id-difiża għamlet talba għall-ħelsien mill-arrest, iżda l-Maġistrat Astrid May Grima ċaħdet it-talba.

Ekonomija

Sport