Friday, November 15, 2024

Jaqblu li ġuvni ta’ 15-il sena jingħata ċans ibiddel ħajtu wara li seraq u saq mutur

Aqra wkoll

Ġuvni ta’ 15-il sena residenti Bormla ammetta li seraq mutur u saqu mingħajr ma kellu liċenzja tas-sewqan u polza tal-assigurazzjoni u li sar reċediv.

Fil-Qorti ġie spjegat li l-imputat ikkopera bis-sħiħ mal-pulizija. Kemm il-Prosekuzzjoni kif ukoll id-Difiża qablu li l-imputat jingħata probation biex ikun jista’ jaqbad triq differenti minn dik li diġà qabad.

Il-Maġisrat Astrid May Grima qalet li se tkun qiegħda tagħtih is-sentenza għada.

Ekonomija

Sport