Kien għall-ħabta tal-10:45 a.m. meta ammont ta’ folji tal-injam li kienu qed jinġarru fuq trakk spiċċa mal-art fi Triq l-Imġarr, f’Għajnsielem Għawdex.
Konsegwenza ta’ dan inħolqot konġestjoni tat-traffiku fit-triq li tagħti għall-Port tal-Imġarr.
Jidher li s-sid tat-trakk, bl-għajnuna ta’ xi persuni oħrajn, minnfih bdew jiġbru l-folji lura fuq it-trakk biex it-traffiku jkun jista’ jibda miexi malajr kemm jista’ jkun.
Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.
Grazzi li hadd ma wegga.Izda ghaliex dan linjam waqa minn fuq it trakk.Il pulizija ghanda tara li dawn it trakkijietu sidhom iridu jiehdu hsieb min ikun fit triq.