Waqt li beda biex jagħmel il-punti tiegħu fis-seduta parlamentari tal-lejla, id-Deputat Laburista Edward Zammit Lewis ġibed l-attenzjoni tal-Kamra rigward membri parlamentari li għadhom jaqraw id-diskorsi tagħhom fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.
Kompla biex jappella għall-istanding order u qal li min jaqra ma jemminx f’dak li jgħid. “Aħjar jitkellmu 10 minuti u jgħidu dak li jemmnu milli nagħmlu nofsiegħa u tliet kwarti u noqogħdu naqraw. B’mod partikolari nagħmel l-appell lill-Kap tal-Oppożizzjoni għax iħobb juża din il-prassi wkoll”, sostna d-Deputat Laburista.