Mustafa Avci ta’ 33 sena spiċċa mirdum taħt it-terrapien għal 261 siegħa hekk kif il-post li kien li fih waqt it-terremot fil-Turkija spiċċa ġġarraf.
Fl-istess ħin li kien qed iseħħ it-terremot, martu Bilge kienet qiegħda twelled lit-tifla tagħhom fl-isptar ta’ Mersin.
Kontra kull mistenni, il-missier ġie salvat u ftit tal-ħin ilu l-omm ħadet lil binthom Almile l-isptar biex il-missier ikun jista’ jara għall-ewwel darba.