Tuesday, October 22, 2024

Jarrestaw raġel li kien b’sigarett fi stabbiliment u jinqabad bid-droga

Aqra wkoll

Raġel ta’ 28 sena residenti l-Imsida, kien arrestat kmieni lbieraħ filgħodu wara li fil-pussess tiegħu nstabu numru ta’ qratas b’sustanzi fosthom kokaina, ketamina u MDMA.

Waqt li l-pulizija kienu qedgħdin jagħmlu ronda fi Triq San Ġorġ, San Ġiljan, lemħu persuna b’sigarett f’ħalqu f’wieħed mill-istabbilimenti tad-divertiment. Meta resqu lejn l-individwu u nfurmawħ li ma jistax isir tipjip fuq ġewwa dan beda jimbotta lill-uffiċjali u jirreżisti l-arrest.

Fi tfittxija li saret fuq ir-raġel instabu 21 qartas b’sustanzi varji allegatament droga, filwaqt li minn aktar tfittxijiet li twettqu fil-vettura u r-residenza tar-raġel il-Pulizija ġabret ammont ta’ oġġetti relatati mal-bejgħ ta’ droga.

Ir-raġel ġie arrestat u mistenni jitressaq il-Qorti aktar tard illum.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport