L-Eċċellenza Tiegħu l-Ambaxxatur Malti għal Vatikan, Frank Zammit ħabbar li f’Malta kien wasal il-Kardinal Peter Turkson fejn iddeskrivih bħala “l-Kardinal ħabib kbir ta’ Malta”
Il-Kardinal Turkson se jkun qed jippresjedi l-festi interni ta’ San Lawrenz fil-Knisja Konventwali u Kolleġjata ta’ San Lawrenz fil-Birgu.
Sentejn ilu l-Kapitlu ta’ din il-Kolleġjata kien ħatar lil Kardinal Turkson bħala Kanonku Onorarju.
Turkson hu mill-Ghana u kien ġie kreat Kardinal fil-21 ta’ Ottubru tal-2003 mill-Papa Ġwanni Pawlu II.