Thursday, April 10, 2025

Jaslu f’Malta erbat itfal mill-Palestina li għandhom bżonn għajnuna medika

Aqra wkoll

F’dawn l-aħħar xhur il-Protezzjoni Ċivili kienet qiegħda taħdem fuq operazzjoni importanti u delikata ħafna… Din tinvolvi t-trasferiment ta’ erba’ itfal mill-Palestina li għandhom bżonn l-għajnuna medika.

Fis-sigħat bikrin ta’ dalgħdu dawn it-tfal waslu fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta flimkien ma’ persuna adulta li kienet qiegħda takkumpanjhom. 

Huma ttieħdu mill-ewwel l-Isptar Mater Dei.

Intant il-Prim Ministru Robert Abela f’messaġġ fuq il-midja soċjali kiteb li “matul il-lejl ilqajna f’pajjiżna tliet subien u tifla Palestinajna minn Gaża sabiex nagħtuhom il-kura medika. Ser inkomplu noffru l-għajnuna umanitarja filwaqt li nibqgħu naħdmu bis-saħħa favur il-paċi.”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport